BIL-FILMAT: 8 persuni oħra fiequ mill-Coronavirus u feġġew 2 każijiet minn 1030 test – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: 8 persuni oħra fiequ mill-Coronavirus u feġġew 2 każijiet minn 1030 test

Tmien persuni oħra fiequ mill-Coronavirus. Bit-total ta’ nies imfejqa tela’ għal ħames mija tnejn u sittin.

Fl-aħħar sigħat saru elf u tletin test u minnhom feġġew żewġ każijiet.

Fl-aħħar minn sensiela ta’ konferenza tal-aħbarijiet li għaliha anki attendew il-ġurnalisti, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci qalet li ż-żewġ persuni li ħarġu pożittivi huma mara u bintha mill-Pakistan li waslu Malta b’titjira ta’ ripatrijazzjoni. Huma kienu fi kwarantina u kienu qed jgħixu ma’ raġel li ukoll ġie pajjiżna.

Il-każijiet attivi issa jgħoddu għal wieħed u ħamsin.

Il-Professur Gauci tkellmet f’kuntest li diġà ġew rilaxxati żewġ settijiet ta’ miżuri u s-sitwazzjoni hija stabbli.

“Rajna li sitwazzjoni baqgħet stabbli, b’dawk il-mezzi ta’ mitigazzjoni li n-nies dejjem mxew magħhom u qed nersqu lejn in-normal ġdid.”

Il-Professur Gauci spjegat ukoll kif l-ebda mill-każijiet pożittivi fl-aħħar ġranet ma kienu persuni li attendew iċ-ċelebrazzjonijiet fil-fosos tal-Furjana.

Hekk kif min-nhar il-Ġimgħa li ġej se jiġu rilaxxati kważi l-kumplament tal-miżuri kollha, Professur Gauci spjegat li minkejja li mhumiex permessibli attivitajiet tal-massa, l-massimu ta’ persuni li jistgħu joqogħdu flimkien huwa ta’ ħamsa u sebgħin, madankollu dan jiddependi fuq kemm hu kbir il-post.

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend