L-inkjesta tgħid li min ressaq id-denunzji ma trattax it-traffikar uman  – One News

Notifiki

L-inkjesta tgħid li min ressaq id-denunzji ma trattax it-traffikar uman 

L-inkjesta Maġisterjali dwar l-Armata tkellmet b’mod ċar dwar it-traffikar uman.

Filwaqt li l-Maġistrat inkwirenti Joe Mifsud ġab fix-xejn l-allegazzjonijiet iffirmati minn fost l-oħrajn, il-kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Ġustizzja Jason Azzopardi, l-inkjesta tkellmet b’mod dettaljat dwar il-pjaga tat-traffikar tal-bnedmin li qed isir taħt għajnejn l-Unjoni Ewropea.

L-inkjesta tgħid li huma essenzjali l-isforzi ta’ koperazzjoni li jsiru mill-pajjiżi sabiex jiġi indirizzat id-delitt tat-traffikar uman.

Intqal kif dawk li jpoġġu ħajjithom f’idejn it-traffikanti għandhom ikunu konxji mill-fatt li t-traffikanti huma kriminali li jistgħu jipperikolawlhom ħajjithom u s-sigurtà tagħhom.

L-inkjesta żżid tgħid li huma l-persuni li organizzaw il-vjaġġ li għandhom jinżammu responsabbli għall-azzjoni kriminali għaliex la bagħtu l-persuni fuq vjaġġ li organizzaw huma kellhom id-dmir li jaraw li dawk il-persuni jaslu qawwijin u sħaħ.

Il-Maġistrat jgħid ċar u tond li dawn kienu jafu li aktar iva milli le, il-vjaġġ bejn sema u ilma se jwassal għal imwiet.

Hawnhekk il-Maġistra jinnota wkoll li l-Alarm Phone u dawk li ressqu d-denunzji, fosthom ukoll l-eks Segretarju Ġenerali Nazzjonalista, l-avukat Pawlu Borg Olivier ma trattawx dan il-fatt tat-traffikanti tal-bnedmin.

Għalhekk l-inkjesta saħqet li proċess legali għandu jkun mibni fuq il-provi u dak li sabet l-inkjesta jikkuntrasta bil-kbir ma’ dak allegat.

Mill-provi li sab il-Maġistrat jirriżulta li dawk salvati ingħataw ilma u ikel biex jitrejqu wara li kienu ilhom sigħat twal ma jieħdu xejn

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend