Il-Formula 1 tirritorna mill-5 ta’ Lulju – One News

Notifiki

Il-Formula 1 tirritorna mill-5 ta’ Lulju

Wara li tħassru l-ewwel 10 itlielaq tal-Formula Wieħed kawża tal-imxija tal-Covid-19, il-Formula Wieħed ħabbar li l-istaġun se jibda fil-5 ta’ Lulju bil-Grand Prix tal-Awstrija.

Dan hekk kif tħabbru d-dati tal-ewwel tmien t’itlielaq minn dan l-istaġun.

Ġimgħa wara t-tellieqa fl-Awstrija ssir tellieqa oħra fil-pajjiż biex imbgħad il-kampjonat ikompli fl-Ungerjia, ir-Renju Unit b’żewġt itlielaq, Spanja, il-Belġju u l-Italja.

Il-bqija tal-kampjonat se jitħabbar iżjed ‘il quddiem.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend