Delia ma ċaħadx li qatt iltaqa’ ma’ Yorgen Fenech – One News

Notifiki

Delia ma ċaħadx li qatt iltaqa’ ma’ Yorgen Fenech

Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia ma ċaħadx li ltaqa’ man-negozjant Yorgen Fenech fir-razzett tiegħu Ħaż Żebbuġ, liebes shorts, kif xehed ix-xhud ewlieni fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

It-Tnejn waqt il-kumpilazzjoni ta’ evidenza kontra s-suspettat mandant fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, Yorgen Fenech,  il-middleman Melvin Theuma qal li Fenech qallu li Adrian Delia darba mar jiekol għandu fir-razzett tiegħu Ħaż-Żebbuġ.

Theuma, meta kien qed jiġi mistoqsi mill-Avukat u d-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi, qal li Yorgen Fenech kien qallu li l-Kap Nazzjonalista kien saqsih jistax imur ir-razzett jiekol għandu libes shorts minflok suit.

B’Theuma qal li ma jafx jekk Fenech qallux hekk biex jurih kemm jaf nies.

Fi stqarrija, Adrian Delia qal biss li ma ltaqax ma’ Yorgen Fenech wara li sar maghruf li 17 Black hija tas-suspettat mandant fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

L-istorja dwar il-kumpanija 17 Black ġiet żvelata sena wara l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.  B’din l-istorja ġiet żvelata f’Novembru 2018 jew wara.

Dan jista’ jfisser li Delia ltaqa’ ma’ Fenech wara l-qtil ta’ Caruana Galizia.

Wara li ġiet żvelata l-istorja ta’ 17 Black, f’April 2019 kien sar magħruf li d-deputati nazzjonalisti Kristy Debono u Herman Schiavone kien marru għand Yorgen Fenech.

Huma kien saħqu li marru għand in-negozjant biex jippruvaw iġibu sala b’xejn ħalli jorganizzaw konferenza.

Dwar dan, Delia kien iffaċċja ġlied intern fosthom minn Jason Azzopardi li attakka liż-żewġ deputati li dejjem kienu ta’ spalla għall-Kap Nazzjonalista.

Delia kien iddefenda lil Debono u Schiavone.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend