“Ser issibu l-bieb tagħna dejjem miftuħ” – il-Prim Ministru Robert Abela lill-membri tas-St John Rescue Corps – One News

Notifiki

“Ser issibu l-bieb tagħna dejjem miftuħ” – il-Prim Ministru Robert Abela lill-membri tas-St John Rescue Corps

Is-sena li għaddiet, il-membri ta’ St John Rescue Corps rnexxielhom jilħqu għaxart elef siegħa ta’ volontarjat,  li seħħew flimkien mal-uffiċjali tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.

Bejn Marzu u Mejju ta’ din is-sena l-membri kienu involuti fi tmien mija sitta u għoxrin siegħa ta’ servizz fil-komunità, sitta u tletin siegħa fl-assistenza tat-tifi tan-nar u erbgħa mija disgħa u ħamsin  siegħa fi dmirijiet oħra.

It-Tnejn filgħodu l-Prim Ministru Robert Abela żar u tkellem mal-membri tas-St John Rescue Corps fil-kwartieri tal-għaqda li tinsab fil-Forti Madliena.

Il-membri u t-tmexxija ta’ din l-għaqda mhux l-ewwel darba li jkunu meħtieġa jagħtu daqqa t’id lill-awtoritajiet f’avvenimenti tal-massa.

Bl-operat tal-għaqda jiddependi kompletament fuq donazzjonijiet u għajnuna finanzjarja li joffri l-Gvern, fosthom bl-skemi offruti mill-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat.

Riċentament inxtrat vettura partikolari li tista’ tasal f’postijiet ristretti li normalment vetturi ta’ għamla akbar ikun impossibbli li jaslu fihom.

Il-Prim Ministru rringrazzja personalment lill-membri kollha talli komplew isaħħu l-volontarjat f’pajjiżna. Qal li l-bieb tal-Gvern huwa dejjem miftuħ kemm għas-St John Rescue Corps kif ukoll għal għaqdiet oħra simili li jwettqu xogħol ta’ volontarjat b’tant dedikazzjoni u mħabba.

Is-Segretarju Parlamentati għall-Volontarjat Clifton Grima irringrazzja lill-voluntiera għax-xogħol li jwettqu u tenna l-impenn tal-gvern sabiex f’kollaborazzjoni sħiħa mal-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat, isostnu lis-settur tal-volontarjat.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend