BIL-FILMAT: Raġel jittieħed l-isptar wara ħabta bejn tliet karozzi f’tal-Balal – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Raġel jittieħed l-isptar wara ħabta bejn tliet karozzi f’tal-Balal

Sewwieq ta’ 30 sena mil-Litwanja li jogħqod San Pawl il-Baħar sofra ġrieħi serji filwaqt li mara anzjana ta’ 70 sena mill-Mellieħa li kienet passiġġiera qed isofri ġrieħi ħfief wara inċident bejn tliet karozzi fi Triq tal-Balal fin-Naxxar.

Il-każ seħħ għal ħabta tal-ħamsa u nofs ta’ wara nofsinhar meta għal xi raġuni is-sewwieq ta’ 30 sena tal-karozza tat-tip Hyundai I20 baqa’ dieħel f’Daihatsu Cilegon, misjuqa minn raġel ta’ 30 sena residenti l-Mellieħa u f’Kia Picanto misjuqa minn mara ta’ 32 li togħqod Ħaż-Żabbar.

Fil-karozza Daihatsu Cilegon kien hemm passiġġiera mara anzjana li ittieħdet l-isptar, li weġgħet ħafif.

Fuq il-post immedjatment issejħet amulanza b’tim mediku li ħadet lil feruti l-isptar għal kura.

Bil-każ ġie infurmat il-Maġistart Doreen Clarke li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti biex jassistuha. L-investigazzjonijiet tal-pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend