Pajjiżna se jkollu titjiriet għal 19-il pajjiż – One News

Notifiki

Pajjiżna se jkollu titjiriet għal 19-il pajjiż

Pajjiżna mistenni jiftaħ it-titjiriet minn u lejn 19-il pajjiż.

Dan tħabbar mill-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli, il-Ħadd filgħaxija waqt programm fuq ix-xandir tal-istat.

Farrugia Portelli aċċennat li l-ajruport se jkun qed jinfetaħ fl-1 ta’ Lulju wara li l-Gvern tkellem mal-awtoritajiet tas-saħħa.

Qalet li dawn il-pajjiżi, li imbagħad jistgħu jiżdiedu, se jitħabbru fis-sigħat li ġejjin.

Spjegat li qed isir diversi xogħol anki fuq livell diplomatiku wara li qabel il-Gvern kien qed iħares lejn dawk imsejħa bħala “safe corridors” u li issa minn dakinhar, il-lista tal-pajjiżi żdiedet.

Waqt il-programm Insights, il-Ministru għat-Turiżmu qalet li fl-ajruport se jkunu qed jittieħdu l-prekawzjonijiet kemm fis-sala tat-tluq u anki tal-wasliet, fosthom fejn iċ-check-ins isiru b’mod virtwali, tinżamm id-distanza soċjali eżatt qabel tirkeb l-ajruplan u anki titieħed it-temperatura qabel ittir u anki mal-wasla.

Spjegat ukoll li fuq l-ajruplan se jintlibsu l-maskri.

Mistoqsija jekk hux se tinżamm kwarantina għal kull min jiġi f’Malta, il-Ministru Farrugia Portelli kienet ċara u qalet li dan ma jagħmilx sens għaliex stajna nħallu l-ajruport magħluq.

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

  1. Jista jkun li hija lorhos pero ilni iktar min xarejn ma nircievi posta min barra. Nixtieq naf xsar mimnhom l-affarjiey li qed nistenna u meta ha jaslu

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend