Kampanja favur trobbija aħjar ta’ tfal adoloxxenti  – One News

Notifiki

Kampanja favur trobbija aħjar ta’ tfal adoloxxenti 

250 koppja ser ikunu qegħdin jieħdu sehem fil-Kampanja ‘Trobbija pożittiva’ mmirata sabiex tkun ta’ sostenn għal familji li jħossuhom li għandhom bżonn għajnuna jew gwida ta’ kif jaġixxu m’uliedhom, speċjalment dawk adoloxxenti.

Din il-kampjanja hija kontinwazzjoni ta’ Kampanja imnedija s-sena l-oħra, li tant intlaqgħet tajjeb mill-pubbliku.

Fil-fatt iċ-Chairperson ta’ din il-Kampanja Ruth Sciberras spjegat li ‘Trobbija Pożittiva’ se taħdem bħala proġett pilota sabiex imbgħad tkun tista ssir fuq livell Nazzjonali iktar ‘l quddiem.

Sostniet li l-kampanja se tkun iffukata l-aktar fuq il-mezzi diġitali, ewlenija fosthom Facebook kif ukoll website ġdida li saret.

“Nedejna wkoll Facebook page ġdida fejn din ser tkun interattiva u anke se jkollna min jista’ jwieġeb ġenituri bħala professjonisti għal kull mistoqsija li jkollhom huma.”

Intant il-Ministru Michael Falzon saħaq dwar l-importanza tal-proattività fl-isfond ta’ dinja li kontinwament qed tinbidel u li konsegwenza t’hekk qed toħloq iktar stress kemm emozzjonali u kemm fiżiku speċjalment fost l-adoloxxenti.

“3 ħsibijiet prinċipali. Li ntejbu l-komunikazzjoni bejnietna bħala familji. Li iktar minn hekk nifhmu lil xulxin u li ngħinu lil xulxin. Din mhux biss kwistjoni ta’ rabta biex ngħid hekk ekonomika imma ta’ rabta emozzjonali u dik hija xi ħaġa li żgur ser isservi lis-soċjetà tagħna tajjeb ħafna.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend