Il-vjolenza kompliet tiħrax waqt il-protesti li tqanqlu mill-mewt ta’ George Floyd – One News

Notifiki

Il-vjolenza kompliet tiħrax waqt il-protesti li tqanqlu mill-mewt ta’ George Floyd

Il-vjolenza waqt il-protesti li tqanqlu mill-mewt ta’ George Floyd kompliet tiħrax f’diversi bliet madwar l-Istati Uniti hekk kif il-protesti daħħlu fis-sitt jum tagħhom.

F’minn tal-inqas 40 belt Amerikana, ġew imposti diversi miżuri biex jikkontrollaw il-follol, fosthom curfews; madanakollu ħafna mid-dimostranti njoraw dwan il-miżuri u komplew bil-protesti, fejn f’xi bliet wasslu saħħansitra għall-vjolenza. Bil-pulizija kellhom jisparaw gass tad-dmugħ u balal tal-bżar biex jikontrollaw il-folol.

Il-Gwardja Nazzjonali, il-forza militari għall-emerġenzi domestiċi tal-Istati Uniti qalet li madwar 5,000 suldat marru fi 15 il-stat. Diversi persuni nġabru quddiem il-White House jaħarqu xi oġġetti kif ukoll igaraw ġebel lejn l-uffiċjali.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend