Il-Coronavirus qed jitlef is-saħħa – tabib jitkellem mar-RAI – One News

Notifiki

Il-Coronavirus qed jitlef is-saħħa – tabib jitkellem mar-RAI

Il-Coronavirus qed jiddgħajjef u qed jikkawża inqas imwiet u ħsara f’saħħet il-bniedem. Sostna dan tabib Taljan b’esperjenza kbira.

Alberto Zangrillo mill-isptar San Raffaele f’Milan qal li l-virus naqqas mis-saħħa tiegħu u klinikament fl-Italja l-virus ma jeżistiex iżjed. L-aġenzija t’aħbarijiet internazzjonali Reuters irrappurtat il-kliem li qal dan it-tabib mal-istazzjon RAI.

Meta mqabbla ma’ testijiet li saru xahar u xahrejn ilu, it-tabib qal li t-testijiet li saru għall-Covid-19 fl-aħħar għaxar t’ijiem urew il-virus fi kwantitajiet żgħar ħafna. It-tabib qal li kien hemm min allarma bit-tieni mewġa iżda r-realtà hi li rridu nibqgħu mexjin ‘il quddiem.

Miegħu qabel il-Kap tad-Dipartiment tal-infezzjonijiet tal-isptar San Martino f’Genoa. Matteo Bassetti qal li s-saħħa li kellu l-virus xahrejn ilu mhiex l-istess saħħa li għandu l-virus illum.

Saħaq li l-mard li qed jikkawża dan il-virus illum huwa differenti. Mal-aġenzija tal-aħbarijiet Taljana, ANSA, huwa wkoll irrimarka li l-virus iddgħajjef.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend