Xammru l-kmiem biex joffru daqqa t’id – One News

Notifiki

Xammru l-kmiem biex joffru daqqa t’id

Numru kbir ta’ voluntiera offrew għaxart elef siegħa minn ħinhom biex flimkien jgħinu lis-servizzi tas-saħħa f’dawn iċ-ċirkostanzi straordinarji tal-pandemija tal-COVID-19.

Dan wara li l-Malta Health Netwrok u l-VolServ ingħaqdu flimkien biex jgħinu lit-taqsima tas-saħħa pubblika f’dan il-perjodu delikat.

ONE News tkellem ma’ voluntiera li kienet qed tiggwida lil min iċempel fuq il-hepline 111 biex jagħmel test.

Stephanie saħqet li għalkemm hi mhix tabiba, ma baqgħetx b’idejha fuq żaqqa u xammret il-kmiem biex tgħin lil dawk li qed jaħdmu lejl u nhar.

“Iddeċidejt li nagħmel xogħol volontarju għal żewġ raġunijiet, l-ewwel ħaġa hija li xogħol regolari li nagħmel ta’kulljum tiegħi ma ntmessx ,alright issa qed naħdem mid-dar , m’ inix qed immur , immur darba f’ġimgħa fil-verita,  m’inix qed immur regolari fil-post li qed naħdem, ix-xogħol tiegħu baqa għaddej kif inhu, il-paga ma ntmessx, u jien ħassejt ili bħala sapport u bħala ringrazzajament u talli jiena kont daqshekk ixxurtjata, ħassejt li għandi nagħti sehmi.”

Gertrude Buttigieg – iċ-chairperson tal-Malta Health Network, stqarret li bħalissa hemm aktar minn mitt voluntier li qed jaħdmu flimkien f’xogħlijiet varji bħal ġbir ta’data u għajnuna lill-anzjani.

“Reġistrati għandha fuq erba mija imma bħalissa li qed jagħtu sehemhom b’mod attiv hemm iktar minn mija. Dawn ikunu mqassma fuq rosters differenti ġranate differenti u ħinijiet differenti umbad skont il-bżonn insejħu lil l-oħrajn.”

Fl-aħħar jiem ħarġet sejħa ġdida għal min jixtieq joffri daqqa t’id fuq is-sit uffiċjali tal-Malta Health Network.

“L-appell tiegħi huwa li min iħoss li għandu ħin u jixtieq li jagħti sehmu huwa żmien li wieħed jista jirreġistra mhuwiex daqshekk xogħol diffiċli u kwalunkwe xogħol jingħta taħriġ fih. Imma huwa importanti ħafna li wieħed ikun lest li jati l-ħin u lest il-commitment.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend