Il-PM isemmi mekkaniżmu li jikkunsidra amnestija għall-każijiet ġenwini – bħal dawk li weħlu multa ċ-ċimiterju jew ħdejn tal-ħaxix – One News

Notifiki

Il-PM isemmi mekkaniżmu li jikkunsidra amnestija għall-każijiet ġenwini – bħal dawk li weħlu multa ċ-ċimiterju jew ħdejn tal-ħaxix

Il-Prim Ministru Robert Abela tenna li issa beda perjodu kruċjali li permezz tiegħu se nirritornaw għal normalità sħiħa.

Huwa rringrazzja lill-poplu li obda f’dawn l-aħħar xhur, anki jekk kien hemm episodji ta’ nuqqasijiet.

Hawnhekk innota li ħafna minn dawn il-każijiet kienu ġenwini u saru b’nuqqas ta’ attenzjoni, bħal meta ġieli nġabru n-nies ħdejn tal-ħaxix, u meta fiċ-ċimiterju marru jixtru l-fjuri f’Jum l-Omm.

“Hija x-xewqa tiegħi li nintroduċu fl-immedjat mekkaniżmu li permezz tiegħu tkun tista’ tiġi kkunsidrata amnestija għall-multi li weħlu n-nies f’dawn l-aħħar ġimgħat, infakkru li dan kien episodju li min weħel il-multi, m’huwhiex kriminal”, saħaq il-Prim Ministru.

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

  1. Kieku ghandi ommi go home, illum inmur nohrogha ghax maqfula xaghrejn fl istess post huwa kaz genwin.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend