L-Amerka tfaħħar lill-Gvern Malti tal-qabda ta’ flus foloz Libjani li jammontaw għal biljun u nofs dinar – One News

Notifiki

L-Amerka tfaħħar lill-Gvern Malti tal-qabda ta’ flus foloz Libjani li jammontaw għal biljun u nofs dinar

L-Amerka faħħret lil Gvern Malti li fix-xhur li għaddew qabad aktar minn biljun dollaru fi flus foloz Libjani stampati minn kumpanija Russa.

Fi stqarrija, il-Gvern Amerikan irringrazzja lill-Gvern ta’ Malta ta’ din l-operazzjoni.

F’Settembru li għadda, f’pajjiżna nstabu żewġ kontejners mimlija flus kontanti Libjani li jammontaw għal kważi biljun u nofs dinar Libjan.

One.com.mt tkellem mad-Direttur tad-Dwana, Joseph Chetcuti li kkonferma li l-Amerka rringrazzjat lil Malta għal qabda ta’ flus foloz f’Settembru.

“Fl-aħħar jiem ma qbadniex flus foloz fid-Dwana”, saħaq is-Sur Chetcuti li spjega kif l-investigazzjonijiet jieħdu ż-żmien tagħhom u jkun hemm taħdidiet mal-bord tas-sanzjonijiet tal-Ġnus Magħquda.

Il-kontejners kienu għamlu waqfa f’Malta u hu mifhum li kienu flus foloz destinati lejn il-qawwiet tal-ġeneral Khalifa Haftar.

“L-influss ta’ flus Libjani stampati mir-Russi għamlu l-isfidi ekonomiċi għal-Libja ferm iżjed diffiċli”, qal il-Gvern Amerikan.

L-Amerka qalet li r-Russja trid tieqaf tagħmel azzjonijiet li bihom tkompli tiddistabilizza lil-Libja.

Fi stqarrija, il-Gvern Amerikan saħaq li l-bank ċentrali tal-Libja fi Tripli huwa l-uniku bank ċentrali leġittimu fil-Libja.

https://www.state.gov/seizure-by-malta-of-1-1-billion-of-counterfeit-libyan-currency/?fbclid=IwAR2PPT6gZ_NMj6SHFD6timzwOu1eWrgbLMVo7KRkBN4lBNVIz_my2Sn-iRE

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend