Jinfetħu l-ġonna u ż-żoni pubbliċi f’Pariġi – One News

Notifiki

Jinfetħu l-ġonna u ż-żoni pubbliċi f’Pariġi

Tul il-jum tas-Sibt, diversi ġonna u żoni pubbliċi nfetħu mill-ġdid, hekk kif Franza daħlet għat-tieni fażi ta’ rilassament ta’ miżuri.

Diversi persuni ħatfu din l-opportunità wara ġimgħat ta’ lockdown u ħarġu f’dawn iż-żoni pubbliċi sabiex qed igawdu bl-aħjar mod li jistgħu wara ġranet ta’ sagrifiċċju.

Il-Prim Ministru Franċiż Edouard Philippe ħabbar dawn il-miżuri ta’ rilassament il-Ħamis, wara li qal li Franza qed tagħmel progress tajjeb kontra l-imxija tal-Coronavirus.

In-nies fi Franza huma mitluba sabiex iżommu d-distanza soċjali filwaqt li jilbsu l-maskra protettiva. Filwaqt li jistgħu joqgħodu fi gruppi ta’ għaxar persuni.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend