It-testijiet tal-karozza se jkomplu mit-Tnejn li ġej – One News

Notifiki

It-testijiet tal-karozza se jkomplu mit-Tnejn li ġej

It-testijiet tal-karozza se jitkomplew mit-Tnejn li ġej, fl-ewwel jum ta’ Ġunju. Dan ħabbritu Transport Malta fi stqarrija li qalet li se tkompli b’dawn it-testijiet b’miżuri prekawzjonijiet ġodda, wara li waqafithom f’Marzu li għadda minħabba l-imxija tal-Coronavirus.

Dawn it-testijiet se jkomplu għall-kategoriji: A tal-muturi, B tal-karozzi u C u D tal-vetturi kummerċjali.

Fost il-prekwazjonijiet il-ġodda li se tieħu Transport Malta huma li student wieħed biss jista’ jkun fil-vettura mal-eżaminatur, filwaqt li l-għalliema mhux se jitħallew ikunu fil-karozza waqt it-test. Waqt it-test, it-twieqi għandhom jibqgħu miftuħin, filwaqt li kemm l-eżaminatur u l-istudent għadhom jilbsu visor jew maskra prottettiva. Il-vetturi għandhom ikunu diżinfettati qabel kull test.

Fl-istqarrija, Transport Malta qalet li fit-testijiet tal-muturi, ir-radji li jintużaw bejn l-eżaminatur u l-istudent mhux se jintużaw, waqt li l-istudent se jkun jaf ir-rotta tal-eżami minn qabel.

Intqal ukoll kif qabel kull test, l-uffiċjali ta’ Transport Malta se jiċċekkjaw it-temperatura tad-deni għal kull student u mhux se jaċċettaw lil xi ħadd li jkollu d-deni. Filwaqt li għalliema li huma vulnerabbli jistgħu jissopendu t-test, minħabba saħħithom.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend