Issa kollox f’idejn Adrian Delia – x’se jagħmel b’Jason Azzopardi? – One News

Notifiki

Issa kollox f’idejn Adrian Delia – x’se jagħmel b’Jason Azzopardi?

Huwa issa kkonfermat minn Inkjesta Maġisterjali li Jason Azzopardi għamel allegazzjonijiet serji u foloz fil-konfront tal-Prim Ministru, il-Brigadier u membri tal-Forzi Armati ta’ Malta.

Akkużahom fost ohrajn bi qtil volontarju ta’ immigranti u ried jibgħathom għomorhom il-ħabs.

Fi stqarrija l-Partit Laburista qal li skont il-konklużjonijiet tal-Inkjesta, id-denunzji li instiga u ffirma Jason Azzopardi, ma kellhom ebda provi x’isostnuhom. Il-Magistrat Inkwirenti kkonkluda li Malta wettqet l-obbligi internazzjonali tagħha u l-persuni li pprova jweġġa’ Jason Azzopardi bl-azzjoni li ressaq, ma wettqu ebda mir-reati li gew allegati li saru minnhom.

Dwar dan il-każ, fl-aħħar jiem, Jason Azzopardi qal li m’hu se jagħmel apoloġija qatt u xejn.

Għalhekk, issa li l-Prim Ministru ppubblika l-Inkjesta Maġisterjali, kollox jinsab f’idejn Adrian Delia.

Il-Partit Laburista staqsa jekk Jason Azzopardi ma jerfax ir-responsabbilita sħiħa għall-azzjonijiet tiegħu, x’se jagħmel il-Kap tiegħu?

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend