Il-każini sodisfatti bl-għotja mgħotija mill-Gvern  – One News

Notifiki

Il-każini sodisfatti bl-għotja mgħotija mill-Gvern 

Diversi każini tal-banda Maltin u Għawdxin esprimew is-sodisfazzjon tagħhom hekk kif bdew jirċievu l-għajnuna finanzjarja li ngħataw mill-Gvern sabiex itaffu ftit mill-effett li ħalliet fuqhom il-Covid-19.

Il-gvern ta’ s-somma ta’ mitejn elf ewro lill-Għaqda Każini tal-Banda, sabiex il-fondi jitqassmu bejn il-Każini tal-Banda kollha ta’ Malta u Għawdex.

Nigel Vella, il-president tal-Għaqda tal-Mużika San Gejtanu l-Ħamrun, stqarr li permezz ta’ dawn il-fondi, il-Gvern qed jirrikonoxxi l-isfidi kbar li jkollhom il-każini.

Hekk kif minħabba l-pandemija, il-festi brijużi tas-sajf ġew mħassra u dan affettwa d-dħul finanzjarju għal dawn l-għaqdiet.

“Bħalissa bħala Każini, anzi issa dan l-aħħar ġew miftuħa l-barijiet u allura l-każini setgħu jiftħu, fl-aħħar mill-aħħar għamilna perjodu twil il-każini maluqin alllura għadna sissa ma nistgħux nagħmlu attivitajiet ma nistgħux nagħmlu l-ħajja normali kif konnha namluwa, għal kemm issa bdejn ġejna għal normalità , u allura dan il-fondi għajnuna ħafna ekk kif il-kontijiet baqaw jaslu u nkunu nistgħun inħallsuhomk.”

Turija ukoll ta kemm il-Gvern għandu għal qalbu l-Kultura Maltija.

“Kienet xi ħaġa li l-każini kollha, m’għandix dubju li mhux aħna biss, ħadhu bħala xi ħaġa pozittiva immens, anke mir-rispons ta’tħabbira, għax kif qed ngħajdu il-każini huma punt ta’importanza ħafna fil-kommunitajiet u soċjetajiet tagħna, u kull għajnuna li jkun hemm li tingħata u l-gvern jagħti diversi għajnuniet, kemm permezz tal-fond kulturali kemm ma dawk li għandhom x’jaqsmu ma VPO’s u f’dan il-każ permezz tal-fondi ġusti għenna sabiex inkomplu għaddejin.”

Nigel Vella saħħaq li dawn il-fondi se jintużaw ukoll  sabiex isir restawr ta’ oġġetti muzikali u xogħlijiet oħra fil-kazin.

“Bqajna għaddejin bix-xogħlijiet ta’ manutenzzjoni li konnha qed nagħmlu.Bqajna nagħmlu xogħol illi forsi fi żmien normali tas-sena ikun diffiċli li tagħmel, minħabba li l-każin dejjem ikun hemm in-nies imma ħadna l-okkazjoni li nagħmlu manutenzzjoni tal-każin, filfatt qed naħdmu biex niftħu ukoll il-każin tagħna għax qed naraw biex issir il-process tal-manutenzzjoni biex nergħu niftħu.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend