ARA: Ħabib antik ikun ta’ wens mill-ġdid f’dan iż-żmien – One News

Notifiki

ARA: Ħabib antik ikun ta’ wens mill-ġdid f’dan iż-żmien

Il-bejgħ tal-ktieb kien intlaqat b’mod negattiv mill-introduzzjoni tal-e-books u anke siti li joffru kotba sħaħ għall-qari, iżda jidher li l-kumpanija ta’ ktieb fiż-żmien ta’ pandemija qed jinżel għasel mal-qarrejja lokali.

L-awtriċi Melanie Martins, li riċenti ppubblikat l-ewwel ktieb tagħha f’Malta, spjegat kif f’xahar, diġà nbiegħu elf kopja tal-ktieb tagħha. Numru li ddeskriviet bħala tajjeb ħafna meta wieħed jikkunsidra llum il-kotba huma b’xi mod disponibbli b’mod virtwali u jistgħu jkunu għand il-qarrej fi ftit sekondi.

Hawnhekk spjegat kif il-pubblikaturi għandhom jassiguraw li l-bejgħ tal-kotba ma jsofrix minħabba l-popolarità tal-e-books fost l-oħrajn.

Hija qalet: “I think you need to personalize. Nowadays being an author or retailer you want your product to be unique. For example, I sign all my books and it gives it such a different value because its a personalized product.”

Minħabba l-pandemija Coronavirus u r-restrizzjonijiet ta’ sigurtà imposti, bosta kumpaniji issa qed joffru li jwasslu l-ktieb sad-dar tal-qarrej. Kunċett pjuttost ġdid, li fi kliem l-awtriċi jaf isalva l-bejgħ tal-kotba kemm tul il-pandemija u anki warajha.

Martins kompliet tispjega: “The optimization of deliveries is something any retailer based in or outside Malta must apply, whether during the pandemic or after. That is the number one goal for retailers. If you want to please your clients, be as fast as possible.”

Hekk kif kulħadd għandu ferm aktar ħin liberu kawża tar-restrizzjonijiet tal-pandemija ma stajniex ma nsaqsux l-attriċi x’inhi l-ewwel għażla tagħha biex tgħaddi dan il-ħin, u ejja ngħidu li t-tweġiba tagħha ma kinitx ta’ sorpriża għalina!

Hija kompliet tgħid: “I will always go back to the books.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend