155 għalliem ġdid jingħataw il-warrant – One News

Notifiki

155 għalliem ġdid jingħataw il-warrant

155 għalliem ġdid ingħataw il-warrant permanenti li huwa aċċessibbli għalihom minn fuq il-blockchain.

Ħabbar dan il-Ministru għall-Edukazzjoni Owen Bonnici fuq il-midja soċjali, fejn irringrazzja lil dawn l-għalliema l-ġodda talli ddedikaw il-ħin, ħiliet u l-enerġija tagħhom sabiex jieħdu ħsieb lill-istudenti.

Il-Ministru Bonnici qal li minħabba l-imxija tal-Coronavirus, iċ-ċerimonja li ssir issoltu ma segħtetx issir, iżda qal li mal-ewwel opportunità kif tgħaddi din il-pandemija din issir minnufih. Huwa qal li bis-saħħa tat-teknoloġija, dik tal-blockchain, il-warrant jinsab disponibbli għalihom.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend