Volontiera għamlu aktar minn 10,000 siegħa matul Marzu u April – One News

Notifiki

Volontiera għamlu aktar minn 10,000 siegħa matul Marzu u April

Il-Malta Health Network ingħagħaqad mal-VolServ sabiex jagħmlu ħidma volontarja matul iż-żmien ta’ pandemija.

F’Marzu u April il-volontiera għamlu aktar minn 10,000 siegħa fil-qasam tas-saħħa.

Din il-ħidma ġiet rikonoxxuta mill-Prim Ministru Robert Abela u mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne. Waqt żjara li għamlu huma rringrazzjaw lil dawn il-volontiera għall-ħidma tagħhom.

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Prof. Charmaine Gauci qalet li kull għajnuna tgħodd, irrelevanti jekk hijiex kbira jew żgħira.

Il-volontiera għenu f’bosta qosma, fosthom: il-contact tracing, appuntament tal-outpatients, min jiċċekkja t-temperaturi tan-nies, min jikkuntattja lin-nies biex jagħmlu t-test u diversi xogħlijiet oħra.

Kien hemm min kellu jieqaf minħabba raġunijiet varji.

Intant bħalissa reġgħu fetħu l-applikazzjonijiet għall-volonitera.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend