Se jerġgħu jibdew diversi servizzi fil-komunità – One News

Notifiki

Se jerġgħu jibdew diversi servizzi fil-komunità

Mit-Tnejn, l-ewwel ta’ Ġunju, se jerġgħu jibdew jiġu offruti diversi servizzi fil-komunità mid-Dipartiment tal-Anzjanità Attiva u l-Kura fil-Komunità.

Dan id f’id ma’ diversi miżuri li jassiguraw kemm is-saħħa tal-anzjani kif ukoll tal-ħaddiema.

Is-servizzi li se jerġgħu jibdew huma l-Home Help, servizzi tal-fiżjoterapija, podoloġija u Occupational Therapy, il-Comm Care, servizzi ta’ respite fid-djar, servizz ta’ ħaddiema soċjali, servizzi marbuta mad-dimensja, servizzi ta’ manutenzjoni, u servizzi offruti miċ-Ċentru Servizz Anzjan.

Biex jingħataw dawn is-servizzi, se jittieħdu bosta prevenzjonijiet qabel jingħata s-servizzi u anki waqt u wara li jingħata s-servizz.

Qabel is-servizz, il-professjonisti se jċemplu lill-anzjani u jikkonfermaw li m’hemm l-ebda espożizzjoni għall-Coronavirus. Javżawhom li jridu jilbsu maskra jew visor, u jiftħu l-bibien u t-twieqi nofs siegħa qabel iż-żjara.

Waqt iż-żjara, il-professjonisti li joffru s-servizz se jkunu lebsin maskra jew visor, jaħslu idejhom qabel u wara ż-żjara, jillimitaw il-kuntatt u jżommu distanza ta’ żewġ metri.

Wara ż-żjara, għandu jiġi diżinfettat it-tagħmir li jkun intuża waqt iż-żjara u jintmesħu l-uċuh ta’ fejn ikun intuża t-tagħmir.

Anki fiċ-Ċentru Servizz Anzjan se jittieħdu bosta prekawzjonijiet, billi fost l-oħrajn jidħlu massimu ta’ żewġ klijenti, tinżamm id-distanza ta’ żewġ metri, u tintlibes visor mill-uffiċjali fiċ-Ċentru.

Il-Kap tad-Dipartiment tal-Anzjanità Attiva, Renzo Degabriele, spjega li wara konsultazzjoni mal-Awtorità tas-Saħħa Pubblika, ġie deċiż li għalissa, is-servizzi taċ-Ċentri tal-Anzjanità Attiva, in-Night Shelters u s-servizz tas-Silver-T, mhux se jiġu offruti.

Huwa qalilna: “Biex nagħti eżempju, id-Day Centre ovvjament hemm ħafna anzjani f’daqqa, mhux servizz li huwa utilità estrema u r-riskju ħafna aktar milli tiggwadanja li inti tmur ġo day centre u tiltaqa’ ma’ anzjani oħrajn jiġifieri aħna qegħdin nagħmlu kollox b’mod meqjus. Ovvjament kif iċ-ċirkostanzi jippermettu, anki d-day centres, in-night shelter u s-servizz tas-silver T, jerġgħu jibdew joperaw.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend