Paul Zammit m’għadux kowċ ta’ Gżira United – One News

Notifiki

Paul Zammit m’għadux kowċ ta’ Gżira United

L-esperjenza tal-kowċ Paul Zammit ma’ Gżira United F.C. ġiet fit-tmiemha wara biss 7 ġimgħat fit-tmexxija.

Zammit ħabbar dan fuq il-paġna personali tiegħu fuq Facebook fejn qal li wara ġimgħat ta’ diskussjonijiet mal-President Sharlon Pace ġie deċiż li r-relazzjoni ta’ bejniethom tieqaf hawn minkejja l-pjan fit-tul li kien hemm.

Paul Zammit kien inħattar kowċ tal-maroons fl-aħħar ta’ Jannar iżda minħabba l-pandemija tal-Covid-19 it-taħriġ u l-Kampjonat twaqqfu f’nofs Marzu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend