Il-Ministru Evarist Bartolo ħa sehem f’vidjokonferenza tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-UE – One News

Notifiki

Il-Ministru Evarist Bartolo ħa sehem f’vidjokonferenza tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-UE

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Affarijiet Ewropej, Evarist Bartolo ħa sehem f’vidjokonferenza li li fiha l-Mijnistri għall-Affarijiet Barranin Ewropej, iddiskutew bosti punti dwar iċ-Ċina.

Malta wriet l-appoġġ tagħha li jkun hemm tisħiħ tar-relazzjonijiet strateġiċi bejn l-Unjoni Ewropea u ċ-Ċina.

Huwa magħruf li ċ-Ċina għandha rwol importanti fid-dinja kiif jidher mil-kriżi sanitarja li l-komunita internazzjonali għaddejja minnha f’dawn l-aħħar ġimgħat.

F’din il-laqgħa ntqal li pajjiż jinsab konvint fuq l-importanza tad-djalogu politiku bejn l-Unjoni Ewropea u ċ-Ċina, dan fuq diversi oqsma fosthom fit-tibdil fil-klima u l-investiment. Dan sabiex ikun hemm impenn konsistenti lejn aġenda ta’ kooperazzjoni dejjem aktar pożittiva, li tħares ’il quddiem.

Malta saħqet fuq l-importanza ta’ aktar impenn maċ-Ċino f’Malta enfasizzat l-importanza ta’ aktar impenn maċ-Ċina fis-summit virtwali li jmiss tittella’ f’Ġunju u l-Laqgħa tal-Mexxejja skedata għal Settembru 2020, f’Leipzig.

Kif ukoll fuq l-importanza li jinżamm djalogu  fil-qafas tal-importanza li jiġi ppreservat l-approċċ ‘Ċina Waħda – Żewġ Sistemi’.

Il-Ministri tal-Affarijiet Barranin kellhom ukoll diskussjoni qasira dwar is-sitwazzjoni preżenti fl-Afganistan bit-tama li l-waqfien mill-ġlied jiġi estiż u jwassal għal proċess ta’ paċi bejn il-partijiet involuti.

Il-Ministri għall-Affarijiet Barranin iddiskutew fil-qosor is-sitwazzjoni preżenti fl-Afghanistan. Huma ttammaw li l-waqfien mill-ġdid jiġi għal proċess ta’ paċi bejn iż-żewġ partijiet involuti.

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend