13-il persuna oħra jfiqu mill-Coronavirus u ma jfeġġ l-ebda każ minn fost 1,193 test – One News

Notifiki

13-il persuna oħra jfiqu mill-Coronavirus u ma jfeġġ l-ebda każ minn fost 1,193 test

Fl-aħħar sigħat 13-il persuna oħra fiequ mill-Coronavirus f’pajjiżna u ma feġġ l-ebda każ ġdid.

Ħabbret dan f’konferenza tal-aħbarijiet, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci, fejn qalet ukoll li t-total ta’ nies imfejqa tela’ għal 514.

Qalet li fl-aħħar sigħat saru 1,193 test biex it-total ta’ testijiet issa qabeż is-66,000.

Il-każijiet attivi bħalissa jammontaw għal 94.

Il-Professur Gauci qalet li dan in-numru huwa frott il-koperazzjoni u ħidma sfieqa ta’ għexieren ta’ professjonisti u l-koperazzjoni tal-pubbliku.

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika qalet: “Numri bħal-lum li għandna zero cases tiġi fost ħafna ħidma ta’ ħafna nies. Tiġi wkoll fost responsabilità u dixxiplina fost il-pubbliku kollu li nemmen li n-nies kollha li qegħdin jikkoperaw u anke n-numru li għandna ta’ nies li jidħlu l-isptar u numri ta’ mwiet li għandna huwa fost il-ħidma tal-kliniċi kollha li għandna.”

Il-Professur Gauci qalet li hemm 13-il pazjent bil-Covid-19 fl-isptar Sir Paul Boffa, 6 pazjenti rikoverati f’Mater Dei u l-isptar St Thomas rispettivament u każijiet oħra fl-isptar Karin Grech.

Meta mistoqsija dwar is-sitwazzjoni għall-anzjani u persuni vulnerabbli oħra li qegħdin jirċievu servizzi bħall-home help, il-Professur Gauci qalet li baqa’ għaddej u li minn dawn is-servizzi ma ħarġux każijiet ġodda ta’ Coronavirus.

Il-Prof. Charmaine Gauci sosotniet: “Din is-sitwazzjoni ħadmet għax anke meta aħna għamilna random testing fuq dawk in-nies li jkunu qed jipprovdu t-testijiet fid-dar tan-nies aħna sibna li permezz tal-miżuri li kienu qegħdin jieħdu ma sibniex każijiet li kienu pożittivi. Allura dan jawgura tajjeb li dawk il-miżuri qed jgħinu ma jiġix trażmess il-virus għalihom.”

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend