Sa nofs Ġunju l-Kummissjoni Venezja se tagħti l-opinjoni tagħha dwar il-proposti tal-Gvern – One News

Notifiki

Sa nofs Ġunju l-Kummissjoni Venezja se tagħti l-opinjoni tagħha dwar il-proposti tal-Gvern

Fi ftit tal-jiem oħra, il-Kummissjoni Venezja tal-Kunsill tal-Ewropa se tagħti l-opinjoni tagħha għall-proposti ppubblikati tal-Gvern dwar kunċetti leġislattivi u riformi estensivi u bla preċedent li huma pjanati li jitwettqu, b’mod partikolari fil-qasam tal-ġudikatura.

Qal dan fuq ix-xandir nazzjonali, il-Ministru għall-Ġustizzja Edward Zammit Lewis.

Il-Ministru Edward Zammit: “Sa nofs Ġunju jkollna opinjoni mill-Kummissjoni Venezja. Kif naraw l-opinjoni għax dan mhux xi eżami, kif qal tajjeb Chris Said. Jiġifieri dawn naraw x’se jgħidulna u fejn nistgħu ntejbu, intejbu. Jiġifieri jien irrid nagħmel riforma tajba u għalhekk mort għand il-Kummissjoni Venezja. Għalhekk ippubblikajt, għalfejn ippubblikat? Għax jien m’għandiex x’naħbi.”

Il-Ministru Zammit Lewis irrimarka li ma jistax ikollok sitwazzjoni fejn ġudikant jiġi klassifikat b’numru, kif qed titlob l-Oppożizzjoni.

Huwa sostna: “Inti jista’ jkollok Maġistrat li applika għal Imħallef ma tagħmlux 1, 2, 3. Aħna qed ngħidu agħmel appraisal report u dan jaqblu fil-maġġoranza tan-nies li jifhmu kif taħdem is-sistema legali u inti kklassifikah bl-appraisal report.”

F’ħin minnhom fil-programm, intervjena d-deputat Nazzjonalista Chris Said, li pprova jagħti l-impressjoni li organi Kostituzzjonali bħal dik tal-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku, iċ-Chairman tagħha hu maħtur mill-Gvern.

Dan it-tentattiv sar ukoll mill-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia, is-Sibt li għadda iżda Said, li tellaq fit-tellieqa missielta għal Kap Nazzjonalista ma’ Delia, imbagħad ikkonċeda u mar kontra dak li qal Delia dwar li s-Sur Louis Naudi, Chairman tal-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku nħatar bi qbil bejn il-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni.

Chris Said stqarr: “Il-Kap tal-Oppożizzjoni jinnomina nofs il-membri u l-Prim Ministru jinnomina nofs il-membri l-oħra però ċ-chairperson kien jintgħażel mill-Prim Ministru. Aħna qed ngħidu li din il-consuetuni.”

Il-Preżentatur tal-programm qal: “Għax kien hemm każi fejn sar bi qbil.”

Chris Said: “Iva.”

Edward Zammit Lewis sostna: “Mhu veru xejn, fil-Public Service Commission, mhu veru xejn. Inħatar bi qbil. Qed tiżvija, qed tiżvija lit-telespettaturi. Mhux fil-liġi. Kif inħatar l-aħħar darba l-Kummissjoni tas-Servizz Pubbliku, iċ-chairman is-Sur Naudi nħatar bi qbil.”

Chris Said wieġeb : “Iva.”

Il-Preżentatur tal-programm stqarr: “Anki ċ-chairman tal-Awtorità tax-xandir.”

Chris Said wieġeb: “Iva.”

Chris Said imbagħad tkellem dwar l-Ombudsman, bil-preżentatur fakkru li kien Gvern Nazzjonalista li ma tax saħħa l-kelma tal-Ombudsman.

Aktar tard Chris Said qal: “L-Ombudsman jagħtihom raġun, għax ikun hemm meta ma jagħtihomx raġun. Imbagħad il-Gvern ma jattwax dik id-deċiżjoni.”

Meta mistoqsi: “U din il-liġi mhux il-Partit Nazzjonalista għamilha?”

Chris Said wieġeb: “Iva.”

Fil-programm saru wkoll referenzi għal riformi kbar li saru mill-2013 lil hawn favur it-tisħiħ tad-demokrazija u s-saltna tad-dritt f’pajjiżna.

Franco Debono qal: “U meta kont nitkellem fuq ħafna poteri tal-Prim Ministru u naħseb in-nies jiftakru meta kont nuża l-kelma l-oligarkija, la kellek television fil-Parlament, la kellek liġi tal-awtonomija tal-Parlament, kellek Parlament qisu jitmexxa dipartiment tal-Gvern, la kellek liġi dwar il-finanzjament tal-partiti. Dawn kollha saru.”

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

  1. Le ħija… Il-Parlament fuq it-TV Duminku Mintoff kien bdieh. Issa jekk waqqfuh il-pn meta kienu fil-Gvern dik storja oħra imma l-ewwel li l-Parlament deher fuq it-tv kien fi żmien il-gvern Laburista tal-Perit Mintoff. Daqshekk iħobbuha tal-pn id-demokrazija. Dik hi l-istorja.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend