Michelle Curmi tmut wara li ġimagħtejn ilu kienet involuta f’inċident tat-traffiku bil-mutur – One News

Notifiki

Michelle Curmi tmut wara li ġimagħtejn ilu kienet involuta f’inċident tat-traffiku bil-mutur

Tilfet il-battalja mal-mewt Michelle Curmi, il-mara ta’ tnejn u tletin sena mill-Imtarfa li kienet passiġġiera fuq mutur li kien involut f’inċident tat-traffiku l-Ħadd sbatax ta’ Mejju f’Ħaż-Żebbuġ.

L-inċident seħħ fi Triq l-Imdina meta seħħ impatt bejn il-mutur li kien misjuq minn raġel ta’ erbgħin sena mir-Rabat u karozza li kienet misjuqa minn raġel ta’ disgħa u erbgħin sena minn Ħaż-Żabbar.

Hija kienet ttieħdet l-Isptar Mater Dei flimkien max-xufier tal-mutur għal aktar kura fejn Curmi mill-ewwel ġiet ċċerifikata li tinsab fil-periklu tal-mewt filwaqt li x-xufier tal-mutur sofra minn ġrieħi ħfief.

B’rabta ma’ dan il-każ kienet infetħet inkjesta mill-Maġistrat Marseanne Farrugia.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend