L-Airmalta u l-Unjin tal-Cabin Crew iffirmaw ftehim kollettiv ġdid – One News

Notifiki

L-Airmalta u l-Unjin tal-Cabin Crew iffirmaw ftehim kollettiv ġdid

L-Airmalta u l-Unjin tal-Cabin Crew iffirmaw ftehim kollettiv ġdid wara li ntlaħaq qbil fin-negozjati favur il-kundizzjonijiet tax-xogħol.

Dan bil għan li jgħinu lill-kumpanija toħroġ mid-diffikultajiet li ġabet magħha l-pandemija tal-Covid-19.

F’konferenza tal-aħbarijiet l-għada li ntlaħaq dan il-qbil il-Ministru tal-Ekonomija u responsabbli mill-Airmalta Silvio Schembri qal li riżultat tas-sagrifiċċju tal-Cabin Crew, il-kumpanija se tkun tista’ topera b’mod aktar kompetittiv.

Il-Ministru Schembri sostna li kawża tal-pandemija ħadd ma basar l-isfidi li kellu jgħaddi minnhom is-settur tal-avjazzjoni. Fil-każ tal-AirMalta spjega kif minn 10 ajruplani jtiru ta’ kuljum illum il-kumpanija qed topera biss wieħed.

B’hekk permezz ta’ dan il-ftehim ma ħa jkun qed jintilef l-ebda impjieg tal-Cabin Crew kemm fuq kuntratti definiti u anke indefiniti.

Permezz ta’ dan it-tibdil il-kumpanija tal-avjazzjoni Maltija se tkun f’pożizzjoni iktar kompetittiva.

Il-Ministru Schembri appella wkoll mal-Unjin tal-bdoti l-ALPA biex jimxu fuq l-eżempju tal-Unjin tal-Cabin Crew sabiex ma jintilfu l-ebda impjiegi u fl-istess ħin tgħin lill-Airmalta f’dan iż-żmien ta’ sfida.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend