Joħroġ ir-raba’ bastiment biex iżomm iżjed immigranti li qed jistennew soluzzjoni mill-UE – One News

Notifiki

Joħroġ ir-raba’ bastiment biex iżomm iżjed immigranti li qed jistennew soluzzjoni mill-UE

77 immigrant ieħor jinsabu abbord bastiment tal-kumpanija Supreme Cruises, madwar 13-il mil nawtiku ‘l barra minn Malta.

Dan wara li matul il-lejl li għadda dawn l-immigranti ġew salvati mill-Forzi Armati ta’ Malta.

F’dan il-grupp ma kienx hemm nisa, tfal jew nies oħra meqjusa vulnerabbli u b’hekk kollha ġew trasferiti abbord il-bastiment tas-Supreme Cruises wara li l-bastimenti tal-Captain Morgan huma kollha mimlija.

B’hekk issa t-total ta’ immigranti barra l-ibħra territorjali Maltin jammonta għal 443.

Dawn l-immigranti kollha qed jistennew soluzzjoni ta’ rilokazzjoni mill-Unjoni Ewropea.

F’ċirkostanzi staordinarji ta’ emerġenza ta’ saħħa pubblika, il-Gvern Malti għalaq il-portijiet kollha u filwaqt li l-Forzi Armati ta’ Malta baqgħu jsalvaw il-ħajjiet, l-immigranti ttieħdu fuq bastimenti, ‘il barra mill-ibħra territorjali ta’ pajjiżna.

Dan filwaqt li saru diversi talbiet lill-Unjoni Ewropea biex tasal soluzzjoni sensibbli biex il-piż tal-immigrazzjoni jinqasam bejn l-istati membri kollha.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend