Edwin Vassallo jgħid li r-restoranti vojta – One News

Notifiki

Edwin Vassallo jgħid li r-restoranti vojta

Fil-Parlament, l-Erbgħa filgħaxija, id-Deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo nfexx jgħajjat fil-Parlament u jgħid li n-nies mhux qed imorru għand in-negozji.

Vassallo li ħa għalih għax ġie mlaqqam bħala militanti, spiċċa ntilef u beda jsabbat mal-ħajt.

Huwa kien negattiv dwar ir-riżultat tal-irrilaxxar tar-restrizzjonijiet.

Vassallo stqarr: “Grazzi tall-ftaħtilna n-negozji imma n-nies mhumiex ġejjin”

Dan jikkuntrasta għal kollox mar-reazzjonijiet ta’ sidien ta’ stabbilimenti li fl-aħħar tmiem il-ġimgħa fetħu l-bibien tagħhom għall-ewwel darba u raw l-imwejjed mimlijin nies.

Sid ta’ restorant kien qal: “Il-bidu kien pożittiv. Din sintendi hija xi ħaġa li għal kulħadd, trid tagħmel pass lura biex timxi ‘l quddiem.

Ħaddiem kien stqarr: “Kif ftaħna, qed nimxu bil-mod però, mexjin ‘il quddiem.”

Madankollu Edwin Vassallo saħaq li l-Gvern ma jimpurtahx min-negozji. Hu qal: “Ma jimpurtahx minnhom.”

Dan minkejja li Università rinomata Amerikana sostniet li Malta offriet l-aqwa pakkett t’għajnuna fid-dinja għan-negozji u l-ħaddiema.

Tal-istess fehma kienu l-aġenziji internazzjonali ta’ kreditu, il-fond monetarju internazzjonali u l-Unjoni Ewropea li saħqu li pajjiżna se jieħu l-inqas daqqa ekonomika mill-pandemija u sas-sena d-dieħla se jirkupra.

Iżda fil-Parlament, Edwin Vassallo ried jgħatti x-xemx bl-għarbiel u ma ġerraħx it-tajjeb li qed isir.

Huwa qal: “Is-Surplus sfuma.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend