€80 miljun f’għajnuna fi ħlas tal-pagi – One News

Notifiki

€80 miljun f’għajnuna fi ħlas tal-pagi

Il-Gvern se jkun ħallas mat-€80 miljun f’għajnuna ta’ ħlas ta’ pagi sabiex ġew salvati aktar minn 93,580  impjieg f’setturi milquta mill-pandemija.

Ħabbar dan il-Ministru għall-ekonomija Silvio Schembri, flimkien mal-Kap Eżekuttiv tal-Malta Enterprise Kurt Farrugia.

Il-Ministru Schembri qal li mill-Ġimgħa se jibdew jintbagħtu €25 miljun f’pagamenti għax-xahar ta’ Mejju.

Ħabbar li għalissa l-Gvern ħa jkompli jagħti din l-għajnuna, iżda wara din l-għajnuna l-gvern ħa jniedi miżuri oħra biex nattiraw investiment ġdid.

Il-Ministru Silvio Schembri stqarr: “Din l-għajnuna se tkun estiza għal Ġunju mbagħad se nħabbru miżuri li nistimulaw il-mutur ekonomiku u jkollna tkabbir ekonomiku.”

 Fil-konferenza tal-aħbarijiet ġie spjegat li għall-iskema tal-leave tal-kwarantina, il-Gvern nefaq €850,500 u ġew proċessati 1,625 applikazzjoni.

Għall-iskema tax-xogħol mid-dar, il-Gvern ħallas €300,000 u ġew approvati 263 applikazzjoni.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Malta Enterprise Kurt Farrugia tkellem dwar kif minn Marzu ‘l hawn il-Malta Enterprise ħadmet qatigħ sabiex tgħin lin-negozji.

Huwa qal: “B’hekk bagħtna messaġġ b’saħħtu li fi żmien diffiċli l-Gvern jgħin lin-negozji.”

Ritratti (MEIB)

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend