Approvat l-iżvilupp ta’ lukanda f’Marsaxlokk – One News

Notifiki

Approvat l-iżvilupp ta’ lukanda f’Marsaxlokk

L-Awtorità tal-Ippjanar approvat l-iżvilupp ta’ lukanda f’Marsaxlokk li ser tkun qed traqqad sa massimu ta’ 112-il persuna.

L-iżvilupp ta’ din il-lukanda ser isir minflok restorant ewlieni fir-raħal tas-sajjieda hekk kif il-binja eżistenti ma tħaddan l-ebda valur arkitettoniku jew storiku.

Fid-dawl taż-żona li tinsab fiha, il-lukanda ser tkun żviluppata b’tali mod li tirrifletti l-karatterstiċi tal-ambjent li tinsab fih.

Bħala parti minn din l-approvazzjoni, l-iżviluppaturi huma wkoll obbligati jħallu €202,000 sabiex jintużaw għar-rijabilitazjoni ekoloġika tal-Magħluq u l-iżvilupp ta’ ċentru għall-viżitaturi li jenfasiżża fuq l-importanza tal-aspetti ta’ konservazzjoni speċjali fiż-żona.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend