Von der Leyen tgħid li dan huwa l-mument ta’ Ewropa magħquda hekk kif tippreżenta l-pakkett t’għajnuna għal wara l-pandemija – One News

Notifiki

Von der Leyen tgħid li dan huwa l-mument ta’ Ewropa magħquda hekk kif tippreżenta l-pakkett t’għajnuna għal wara l-pandemija

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen preżentat pjan ta’ għajnuna li jammonta għal seba’ mija u ħamsin biljun ewro.

Hekk kif jidher li l-Ewropa qed toħroġ mill-kriżi t’emerġenza ta’ saħħa pubblika, von der Leyen proponiet li tingħat għajnuna lill-aktar stati membri li jinsabu f’riċessjoni.

Qalet li l-fondi huma maqsuma f’pakkett t’għajnuna li jammonta għal seba’ mija u ħamsin biljun ewro u l-baġit Ewropew ta’ ftit aktar minn triljun ewro.

“The Commission is today proposing a new recovery instrument called next generation EU worth 750 billion euro. It will sit on top of our revamped longterm EU Budget of 1.1 trillion. Next Generation EU together with the core MFF sums up to 1.85 trillion euro in today’s proposal.”

“Dan huwa l-mument tal-Ewropa”, qal von der Leyen hekk kif saħqet li jekk pajjiż jikkollasa, il-kumplament tal-Ewropa taffaċċja sfidi.

Spjegat kif irridu nimxu ‘l quddiem flimkien bħala Ewropa magħquda u nerġgħu ndawru r-rota.

“The crisis has huge externalities and spill overs across all countries and none of that can be fixed by any single country alone. A bankrupt company in one member state is a reliable supplier gone for business in another. A struggling economy in one part of Europe weakens a strong economy in another part.”

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea għad trid tipprova tikseb l-appoġġ għal dan il-pjan u fil-mezzi tax-xandir internazzjonali diġà qed jiġi rappurtat li hemm pajjiżi msieħba fl-Unjoni Ewropea li huma xettiċi għal pjan ta’ von der Leyen.

Il-pjan ta’ von der Leyen għandu l-appoġġ tal-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel li flimkien mal-President Franċiż Emmanuel Macron qed jimbuttaw il-pjan ta’ von der Leyen.

Madankollu l-pajjiżi tat-tramuntana tal-Ewropa fosthom dawk Skandinavi ma jridux li l-istati membri jagħtu iżjed flus lill-Unjoni Ewropea biex imorru għal dawk il-pajjiżi li ilhom sejrin il-baħar anki qabel faqqgħet il-Coronavirus.

L-Italja u Spanja kienu l-aktar żewġ pajjiżi Ewropej affettwati mill-Coronavirus.

Dawn iż-żewġ pajjiżi huma mifnija bid-dejn.

Il-pjan t’għajnuna ta’ von der Leyen qed jiġi mlaqqam bħala l-Marshall Aid, referenza storika għal pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika li fasslet l-Amerka wara t-tieni gwerra dinjija.

Sadanittant il-Kummissjoni Ewropea kisbet l-appoġġ ta’ Franza u l-Ġermanja biex tiġi ġenerata s-somma ta’ ħames mitt biljun ewro fis-swieq finanzjarji ħalli tiġi stimulata l-ekonomija Ewropea.

Fl-Ewropa mietu aktar minn mija u sebgħin elf ruħ riżultat tal-COVID-19.

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend