Spanja tibda għaxart ijiem ta’ luttu nazzjonali – One News

Notifiki

Spanja tibda għaxart ijiem ta’ luttu nazzjonali

Mil-lum Spanja bdiet għaxart ijiem ta’ luttu nazzjonali sabiex isellem il-memorja tas-27,000 persuna li mietu bil-Coronavirus f’dan il-pajjiż.

Dan se jfisser li aktar minn 14,000 binja pubblika u bastimenti navali fi Spanja se jtajru l-bnadar mezzasta sal-5 ta’ Ġunju.

Il-Gvern Spanjol ħabbar li r-Re Filippu VI se jkun qed jagħmel ċerimonja solenni li se tkun qed tfakkar dawn il-vittmi.

Spanja huwa l-ħames l-akbar fid-dinja li għandu l-akbar rata ta’ vittmi bil-Coronavirus, wara l-Istati Uniti, ir-Renju Unit, l-Italja u Franza.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend