Rapporti jgħidu li tlestiet l-inkjesta fuq l-Armata – One News

Notifiki

Rapporti jgħidu li tlestiet l-inkjesta fuq l-Armata

Rapporti fil-midja qalu li tlestiet l-inkjesta maġisterjali fil-konfront tal-membri tal-ekwipaġġ P52 tal-Forzi Armati ta’ Malta, il-Brigadier Jeffrey Curmi u l-Prim Ministru Robert Abela.

Ġie irrapurtat li l-inkjesta għaddiet għand l-Avukat Ġenerali.

F’April illi għadda, l-għaqda Repubblika, permezz tal-kelliem tal-Oppożizzjoni għall-ġustizzja Jason Azzopardi, preżentat kwerela kontra l-membri tal-armata u l-Prim Ministru u akkużathom bi qtil volontarju ta’ immigranti.

Wara li ġie rrappurtat li l-inkjesta hija konkluża, fi stqarrija l-Għaqda Repubblika ilmentat li din tlestiet malajr wisq, fi żmien xahar.

Fl-aħħar ġimgħat ġie rrappurtat, li quddiem l-Maġistrat inkwirenti taw ix-xhieda s-suldati involuti, l-Brigadier Jeffrey Curmi u l-Prim Ministru.

Esperti tal-Qorti tkellmu ukoll mal-immigranti li kienu abbord fuq id-dgħajsa, li ġew salvati u ddaħħlu f’pajjiżna f’April illi għadda.

Ftit wara li ġie rappurtat li l-għaqda Repubblika preżentat l-kwerela, l-istess għaqda preżentat evidenza li turi li dak li għamlu s-suldati ma kienx sabutaġġ ta’ dgħajsa tal-immgiranti iżda proċedura normali ta’ salvataġġ li ssir bejn sema u ilma.

Ftit wara li ġie rappurtat hekk, Jason Azzopardi rrinunzja ruħu mill-kwerela li fetaħ.

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend