Qorti Ġermaniża tgħid li dawk vittmi tal-iskandlu tal-Volkswagen għandhom jingħataw kumpens xieraq – One News

Notifiki

Qorti Ġermaniża tgħid li dawk vittmi tal-iskandlu tal-Volkswagen għandhom jingħataw kumpens xieraq

Il-Qorti Federali Ġermaniża qablet li l-vittmi tal-qerq tal-manifatturi tal-karozzi Volkswagen dwar l-emissjonijiet, għandhom jingħataw kumpens xieraq jew inkellha jagħtu lura l-karozza u jingħataw għaliha somma flus skont kemm għamlet mili.

Il-Qorti qalet li t-tbagħbis tas-software ma kien etiku xejn.

Id-deċizjoni tiftaħ it-triq għal eluf ta’ sidien ta’ karozzi Volkswagen biex jitolbu kumpens.

L-iskandlu tal-Volkswagen feġġ fl-2015 u hemm mas-sittin elf karozza li jaħdmu bid-diesel li ntlaqtu wara li l-karozzi ġew manifatturati bil-ħsieb li ma jinqabdux il-livelli t’emmissjonijiet.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend