Vassallo seren u m’għandux indiema għax l-MFA eżegwit fir-rispett tar-regolamenti – One News

Notifiki

Vassallo seren u m’għandux indiema għax l-MFA eżegwit fir-rispett tar-regolamenti

Fi stqarrija li għamel ma’ ONE News, il-President tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-futbol, l-MFA, Bjorn Vassallo saħaq li m’għandux l-iċken indiema dwar dak li eżegwit l-MFA matul l-aħħar ġimgħat permezz tal-istrutturi tagħha għaliex dak kollu li sar huwa fuq bażi ta’ fatti, evidenza u dejjem fir-rispett tar-regolamenti tal-MFA.

Is-Sur Vassallo tkellem fuq it-telefon ma’ ONE News wara li l-President tal-klabb tal-futbol ta’ Valletta Victor Sciriha talab għar-riżenja ta’ Vassallo u għamel allegazzjonijiet.

Il-President tal-MFA qal li huwa seren ħafna għaliex kull allegazzjoni li tkellem dwarha is-Sur Sciriha hija infondata, fosthom li Vassallo mar jiċċelebra x’imkien meta kien Segretarju Ġenerali tal-MFA.

Bjorn Vassallo qal li m’għandux għalfejn jidħol fil-mertu ta’ dak li qal is-Sur Sciriha u għada se jindirizza konferenza tal-aħbarijiet fejn se jingħataw dettalji tal-proċess kollu li wassal għal-laqgħa tal-kunsill tal-MFA li fiha ttieħdet id-deċiżjoni li Floriana jkunu ddikjarati ċampjins tal-kampjonat Malti.

Qal li f’din il-konferenza se jirrispondi għal kull allegazzjoni li saret bla bażi.

Is-Sur Vassallo rrimarka li huwa jinsab iffukat fuq il-materja tal-futbol u qal li huwa ħa gost li sema’ li s-Sur Sciriha qal li se jibqa’ President tal-klabb Belti għaliex fl-aħħar snin kellu storja ta’ success.

Segwi l-istqarrija li ta l-President tal-MFA, Bjorn Vassallo lil ONE News.

Ara wkoll: 

BIL-FILMAT: Sciriha ma jrid l-ebda unur minn idejn il-President tal-MFA u jitlob għar-riżenja tiegħu

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend