Tiżdied il-ħidma sabiex jiġu ddiżinfettati l-vendi tal-linja f’Maltavedn – One News

Notifiki

Tiżdied il-ħidma sabiex jiġu ddiżinfettati l-vendi tal-linja f’Maltavedn

Hekk kif diversi ħaddiema rritornaw lura għax-xogħol u aktar nies qed joħorġu minn djarhom, Transport Malta żiedet il-ħidma tagħha sabiex tnaddaf u tiddisefetta l-infratruttura fit-toroq ta’ madwar il-pajjiż.

Għadd ta’ ħaddiema mill-kumpanija privata Arcobaleno Group b’mod volontarju qegħdin inaddfu l-vendi prinċipali tal-karozzi tal-linja, bħal dawk tal-Belt, Buġibba u l-Università fost oħrajn.

Qegħdin jitnaddfu wkoll il-pelican crossings u l-puġġamani fit-toroq prinċipali madwar Malta. Eventwalment il-ħidma ser timxi għal infrastruttura oħra bħall-mirja u sinjali tat-traffiku.

Din il-kumpanija privata hija fost dawk li ġew milqutha mill-pandemija u b’hekk qed tieħu l-kumpens mill-Gvern Malti.

Transport Malta qed tipprovdi l-materjal u l-ilbies protettiv kollu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend