Tewmin Bormliżi jintbagħtu l-ħabs wara li serqu anzjani – One News

Notifiki

Tewmin Bormliżi jintbagħtu l-ħabs wara li serqu anzjani

Żewġ tewmin, Paul u Roderick Scicluna ta’ 40 sena minn Bormla, nstabu ħatja li wettqu xi serqiet fuq anzjani ta’ bejn 64 sena u 87 sena.

Huma ġew akkużati li wettqu ħames serqiet bejn it-28 ta’ Diċembru u t-18 ta’ Jannar li għadda fuq anzjani fosthom li f’żewġ serqiet użaw l-armi; serqa minn Ħal Tarxien u oħra f’Raħal Ġdid; u serqa oħra fuq anzjan fiż-Żejtun.

Fis-sentenza tagħha l-Maġistrat Donatella Frendo Dimech sejjħet dan l-att bħal att kodard fuq persuni vulnerabbli fis-soċjeta tagħna.

Wieħed mit-tewmin, Paul Scicluna huwa riċediv hekk kif fl-2018 kien ġie kkundanata sentenza ta’ ħabs fuq akkuzi simili.

Paul Scicluna ġie kkundanat 54 xahar ħabs, filwaqt li ħuħ it-tewmi Roderick Scicluna ġie kkundanat 38 xahar ħabs.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-ispetturi Fabian Fleri, Lydon Zammit u Paul Camilleri.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend