“Ma nagħmel apoloġija qatt u xejn” – Jason Azzopardi dwar il-kwerela li fetaħ kontra l-PM u l-Armata – One News

Notifiki

“Ma nagħmel apoloġija qatt u xejn” – Jason Azzopardi dwar il-kwerela li fetaħ kontra l-PM u l-Armata

Il-kelliem tal-Oppożizzjoni għall-ġustizzja Jason Azzopardi ddikjara li mhux se jagħmel apoloġija lill-Prim Ministru Robert Abela, lill-Brigadier Jeffrey Curmi u lis-suldati tal-Forzi Armati ta’ Malta li fetaħ kwerela kontrihom u akkużahom bi qtil volontarju ta’ immigranti.

F’April illi għadda, Jason Azzopardi f’isem l-għaqda Repubblika, fetaħ kwerela fil-konfront tal-Prim Ministru Robert Abela, il-Brigadier u l-membri tal-ekwipaġġ tal-patrol boat P52.

L-akkużi ta’ Jason Azzopardi jġorru piena massima ta’ għomor il-ħabs u riżultat ta’ dan għaddejja inkjesta.

Sigħat wara li ġie rappurtat li l-għaqda Repubblika stess preżentat evidenza li turi li dak li għamlu s-suldati ma kienx sabutaġġ ta’ dgħajsa tal-immgiranti iżda proċedura normali ta’ salvataġġ li ssir bejn sema’ u ilma, Jason Azzopardi rrinunzja ruħu mill-kwerela li fetaħ.

Madankollu meta mistoqsi dwar l-aġir tiegħu, Jason Azzopardi ddikjara, “Ma nagħmel apoloġija qatt u xejn”.

L-aġir ta’ Jason Azzopardi sab ukoll l-appoġġ tal-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia li ddefendih u saħansitra rrepeta l-akkużi.

Ta’ QabelLi Jmiss

2 Comments

  1. Arroganza grassa li dejjem tikkontradistingwi esponenti tal-pn. Kuntenti huma……! Issa f’idejn il-poplu.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend