Investiment ta’ €500,000 f’makkinarju ġdid għall-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – One News

Notifiki

Investiment ta’ €500,000 f’makkinarju ġdid għall-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma

Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għadha kif għamlet investiment ta’ aktar minn nofs miljun ewro f’makkinarju ġdid biex tkompli ssaħħaħ l-għodda tagħha.

Dawn l-inġenji se jkunu qed jagħtu aktar saħħa lill-Korporazzjoni biex, f’każijiet ta’ emerġenza, l-impjegati tagħha stess ikunu jistgħu iwettqu x-xogħol neċessarju b’mod immedjat.

L-użu tal-inġenji jinkludi tħaffir, tqegħid ta’ pajpijiet, ġarr ta’ materjal u rimi.

Waqt l-inawgurazzjoni tal-makkinarju, il-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma Michael Farrugia qal li l-Korporazzjoni qed tagħmel investiment kontinwu f’teknoloġija ġdida u infrastruttura aktar b’saħħitha mhux biss fl-inġenji, iżda anke fid-distribuzzjoni u fil-kwalità tal-ilma li jasal fid-djar Maltin u Għawdxin kif ukoll biex jitjieb is-servizz tad-drenaġġ.

Huwa rringrazzja lill-ħaddiema tal-Korporazzjoni li komplew jaqdu d-doveri tagħhom anke f’dawn iż-żminijiet straordinarji li għaddej minhom pajjiżna bħalissa biex il-konsumatur jibqa’ moqdi bis-servizz tal-ilma.

Ritratti: MEW

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend