Il-Pulizija għaddejja b’investigazzjonijiet dwar il-folla li nġabret fuq il-Fosos – One News

Notifiki

Il-Pulizija għaddejja b’investigazzjonijiet dwar il-folla li nġabret fuq il-Fosos

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha dwar il-folla li nġabret fuq il-Fosos it-Tnejn filgħaxija.

Il-folla kienet qed tiċċelebra r-rebħa tal-Kampjonat Premier tal-Furjana.

Il-Pulizija qalet li aġixxiet biex rat li l-folla li nġabret spontanjament ġiet imferrxa tant li l-attività twaqqfet.

Intant, minn nhar il-Ġimgħa sal-ġurnata tal-lum, 19-il persuna nstabu f’ġemgħat t’aktar minn 6 persuni f’postijiet pubbliċi.

Waqt l-ispezzjonijiet li saru tul dawn l-aħħar jiem, ħadd ma nstab jikser il-kwarantina obbligatorja.

L-appell jibqa’ dak li kulħadd ikun responsabbli.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

  1. Nies bla ras! Meta konna tfal kellna storja jisimha hekk fil-ktieb Ġabra ta’ Ward. Għad hawn ħafna minnhom!!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend