Ara: L-imwejjed tal-Gozo Channel kif qatt ma rajthom – One News

Notifiki

Ara: L-imwejjed tal-Gozo Channel kif qatt ma rajthom

Min f’dawn il-jiem għal xi raġuni jew oħra qasam il-fliegu bil-vapuri tal-Gozo Channel, seta’ jinnota li ttieħdu wkoll il-prekawzzjonijiet meħtieġa fid-dawl tal-aħħar rilaxxar ta’ miżuri b’rabta mal-pandemija.

Fejn qabel wieħed seta’ jpoġġi fuq kull mejda, issa, kif juru r-ritratti, mhux l-imwejjed kollha jistgħu jintużaw mill-pubbliku. Dan kollhu sabiex tinżamm id-distanza ta’ żewġ metri bejn mejda u oħra.

Wara ġimgħat magħluqa, il-kafeterija tal-vapur reġgħet fetħet, iżda ħadd mill-pubbliku ma jista’ jpoġġi fuq is-sufanijiet li hemm fiż-żona tal-kafeterija.

F’kull vjaġġ, il-vapuri mhux qed jabbu l-ammont massimu ta’ nies bħal qabel.

Min-nhar it-Tnejn li għadda l-Kumpanija Gozo Channel bdiet topera bl-iskeda l-ġdida tas-sajf.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend