Raġel ta’ 33 sena fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ minn għoli f’Ħal Luqa – One News

Notifiki

Raġel ta’ 33 sena fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ minn għoli f’Ħal Luqa

Raġel ta’ 33 sena, residenti l-Qrendi jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ madwar żewġ sulari f’Ħal Luqa. Il-każ seħħ għall-ħabta tal-għaxra ta’ filgħodu fi Triq il-Paroċċa f’Ħal Luqa.

Fuq il-post issejħet l-għajnuna ta’ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-aktar kura.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Astrid May Grima li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend