L-Amerika tissospendi titjiriet mill-Brażil – One News

Notifiki

L-Amerika tissospendi titjiriet mill-Brażil

L-Amerika ssospendiet titjiriet mill-Brażil, dan hekk kif il-Brażil huwa t-tieni l-aktar pajjiż milqut fid-dinja bl-imxija tal-Coronavirus.

L-Amerika kienet diġà pprojbixxiet persuni minn barra l-pajjiż, fosthom dawk li ġejjin miċ-Ċina, l-Iran u pajjiżi Ewropej.

Sal-jum tal-Ħadd fil-Brażil ġew irreġistrati 635 ta’ mwiet biex issa t-total tela’ għal 22,666. Dan filwaqt li n-numru ta’ każijiet issa huwa ta’ aktar minn 300,000.

Qabel il-Brażil, hemm l-Istati Uniti b’aktar minn 1.6 miljun infettati u kważi 100,000 persuna mejta.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend