Jissokta t-taħriġ sportiv fosthom il-Waterpolo f’Tal-Qroqq – One News

Notifiki

Jissokta t-taħriġ sportiv fosthom il-Waterpolo f’Tal-Qroqq

Dalgħodu ssokta t-taħriġ tal-Waterpolo fil-pixxina nazzjonali f’Tal-Qroqq.

Kif jixhdu r-ritratti nżammet id-distanza bejn l-atleti ta’ din id-dixxiplina sportiva.

F’kull linja dehru jgħumu bejn żewġ u tliet għawwiema, b’distanza notevoli bejniethom hekk kif it-taħriġ sportiv fil-miftuħ reġa’ ħa l-ħajja wara t-tnaqqis fir-restrizzjonijiet li tħabbru bħal-lum ġimgħa f’konferenza tal-aħbarijiet indirizzata fost l-oħrajn mill-Prim Ministru Robert Abela.

Fuq fomm dawn l-isportivi spikkat it-tbissima u s-sodisfazzjon li issa, anki jekk b’ċertu kundizzjonijiet jistgħu jipprattikaw l-isport li għandhom tant għal qalbhom.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend