Imut l-alligatur ta’ Hitler f’żu f’Moska – One News

Notifiki

Imut l-alligatur ta’ Hitler f’żu f’Moska

L-annimal tal-eks mexxej Nazzista Adolf Hitler miet f’żu f’Moska.

Dan huwa alligatur bl-isem ta’ Saturn u kien ingħata lill-Unjoni Sovjetika fl-1946 mis-suldati Brittaniċi.

L-alligatur kellu madwar 84 sena u twieled f’Mississippi fl-Amerka.

Dan kien ingħata bħala rigal lil żu f’Berlin u fl-1943 kien ħarab wara splużjoni fil-kapitali li spiċċat mimlija tifrik fl-aħħar tal-gwerra f’Mejju tal-1945.

Is-suldati Sovjetiċi kienu fost tal-ewwel li daħlu fiċ-ċentru ta’ Berlin u ħadu l-kontroll tal-postijiet li kienu kkontrollati mis-suldati Ġermaniżi iżda jidher li l-alleati Ingliżi kienu tal-ewwel li kisbu f’idejhom affarijiet li kienu tant prezzjużi għal Hitler.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend