Illum mistennija d-deċiżjoni dwar jekk hux se tingħata t-tazza tal-kampjonat Malti – One News

Notifiki

Illum mistennija d-deċiżjoni dwar jekk hux se tingħata t-tazza tal-kampjonat Malti

Illum mistenni jiltaqa’ l-Kunsill tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol, l-MFA biex jiddeċiedi jekk il-Kampjonat Malti 2019-2020, għandux jintrebaħ minn Floriana li jinsabu fl-ewwel post tal-klassifika jew jekk għandux jiġi ddikjarat null.

Fost il-klabbs tal-kampjonat Premier teżisti stennija dwar id-deċiżjoni wara li l-kampjonat kien waqaf ħesrem minħabba l-imxija tal-Coronavirus, meta kien fadal sitt logħbiet x’jintlagħbu.

Bħal-lum ġimgħa l-eżekuttiv tal-MFA ddeċieda li jittermina l-kampjonat Premier.

Fil-Kunsill tal-MFA hemm mat-tmenin membru fosthom membri tal-eżekuttiv tal-MFA u rappreżentanti tar-referees li diġà ddikjaraw li se jastjenu.

F’dan il-Kunsill imbagħad għandek ir-rappreżentanti tal-klabbs li mistennija jiddeterminaw x’se tkun id-deċiżjoni.

Preżentament, Floriana jinsabu fil-quċċata tal-klassifika b’41 punt u kienu resqin li jieħdu kampjonat ieħor wara nuqqas ta’ 27 sena.

Warajhom hemm ir-rivali Valletta, li jinsabu tliet punti taħt Floriana.

Sal-lum l-MFA trid tinforma lill-UEFA liema klabbs se jieħdu sehem fil-kompetizzjonijiet Ewropej taċ-Champions League u l-Europa League.

Intant hemm iżjed deċiżjonijiet x’jittieħdu fosthom jekk hux se jintrebħu l-kampjonati tad-diviżjonijiet l-oħra, jekk hux se jipu promossi xi timijiet u relegati oħrajn.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend