Il-Pulizija twaqqaf iċ-ċelebrazzjonijiet tal-massa tal-Floriana fuq il-Fosos – One News

Notifiki

Il-Pulizija twaqqaf iċ-ċelebrazzjonijiet tal-massa tal-Floriana fuq il-Fosos

one.com.mt huwa nfurmat li l-pulizija mis-sezzjoni tar-Rapid Intervention Unit flimkien mal-pulizija tad-Distrett waqqfu iċ-ċelebrazzjonijiet li saru wara li tħabbar li Floriana FC ġew iddikajarati ċampjins tal-kampjonat Premier aktar kmieni llum.

Dawn iċ-ċelebrazzjonijiet twaqqfu għal raġunijiet marbuta mal-firxa tal-Coronavirus hekk kif stabbilit mill-awtoritajiet tas-saħħa, wieħed għandu jsegwi regoli ta’ distanza soċjali u mhux suppost ikun f’ġemgħat ta’ aktar minn 6 persuni.

Floriana ġew dikjarati ċampjins tal-kampjonat Premier wara li l-Kunsill tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol, l-MFA ddeċieda li t-tim tal-futbol Furjaniż huwa r-rebbieħ tal-kampjonat li waqaf ħesrem f’Marzu minħabba l-imxija tal-Coronavirus.

ARA WKOLL:

BIL-FILMAT: Floriana jsiru ċampjins tal-kampjonat Premier

 

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

  1. Imissu kien hemm avviż minn qabel biex ma jinġabrux folol. Anki l-mod kif ħarġet l-aħbar l-MFA. Imissha avżat ukoll biex ma jkunx hemm folol. Barra li in-nies imisshom jafu aħjar bħalissa!!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend