Ikompli l-każ tas-Sirjan arrestat f’Malta fuq traffikar uman fl-Ewropa – One News

Notifiki

Ikompli l-każ tas-Sirjan arrestat f’Malta fuq traffikar uman fl-Ewropa

Kompla jinstema’ l-każ ta’ Aljelda Loiai, ta’ 48 sena li qed jiġi mfittex mill-awtoritajiet Ungeriżi fuq akkużi ta’ traffikar uman.

Huwa ġie arrestat f’Malta wara li nħareġ mandat ta’ arrest Ewropew mill-awtoritajiet Ungeriż biex jiġi estradit lejn l-Ungerija u jiffaċċja akkużi ta’ traffikar ta’ persuni u akkużi oħrajn.

L-Ispettur Omar Zammit preżenta l-Qorti komunikazzjonijiet bejn l-awtoritajiet Maltin u dawk Ungeriżi.

Il-każ ġie differit għat-8 ta’ Ġunju fejn il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech se tiddeċiedi dwar din it-talba.

Il-Prosekuzzjoni qed titmexxa mis-Supretendent George Cremona u l-Ispettur Omar Zammit assistiti minn Dr Kaylee Bonett u Dr George Camilleri mill-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend