AĠĠORNAT KONTINWAMENT: Qed tittieħed deċiżjoni dwar il-kampjonat tal-futbol Malti – One News

Notifiki

AĠĠORNAT KONTINWAMENT: Qed tittieħed deċiżjoni dwar il-kampjonat tal-futbol Malti

Fl-4.45pm beda jitlaqqa’ l-Kunsill tal-MFA u ftit tal-ħin ilu ttieħed l-ewwel vot li kien jittratta jekk hux ser ikun hemm timijiet relegati f’kull diviżjoni.

45 membru fil-Kunsill tal-11 li l-ebda tim ma jiġi relegat filwaqt li 18 ivvuttaw kontra. Kien hemm ukoll 11-il vot ta’ astenzjoni.
Dan iffisser li Tarxien Rainbows FC, l-uniku klabb matematikament relegat, ser jilgħab fil-Kampjonat Premier staġun ieħor.
Dan il-verdett jfisser ukoll li Żejtun Corinthians FC, għal ewwel darba fl-storja tal-klabb, ser jilagħbu fil-Kampjonat Premier. Anke Lija Athletic FC. ġew promossi għal Kampjonat Premier.
Mit-Tieni Diviżjoni Marsa FC, Marsaxlokk FC u San Ġwann FC ġew promossi għal Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni. Marsaxlokk u San Ġwann kienu qed jaqsmu t-tieni post tal-klassifika u wara proposta tal-eżekuttiv b’referenza għar-regoli, tlett timijiet ġew promossi.

Intant minn staġun ieħor il-Kampjonati tat-Tieni u t-Tielet Diviżjoni ser jilagħbu f’Kampjonat bl-isem ġdid ta’ National Amateur League. F’dan il-league ser jikkompettu 22 tim li ser jiġu maqsuma fit-3 gruppi; grupp ta’ 8 timiiet u żewġ gruppi ta’ seba’ timijiet.

Sadanittant fuq il-Fosos tal-Furjana qed jinġabru partitarji ta’ Floriana FC li kienu fl-ewwel post qabel mal-kampjonat twaqqaf ħesrem minħabba l-imxija tal-Coronavirus.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend